VALUES IN SPORT – WORLD CUP 2010
10/06/2010Kull erba snin id-dilettanti tal-futbol jistennew b’ħerqa kbira it-Tazza tad-Dinja, imsejħa l-akbar spettaklu tat-televizjoni. Il-futbol pero’, aktar milli jkun biss spettaklu għandu missjoni x’jaqdi, għaliex permezz tiegħu ż-żgħażagħ li jħobbuh u jippratikawh jistgħu isiru persuni aħjar jekk jgħixu l-valuri li joffri.
Għal dan il-għan, is-Segretarjat għall-Katekezi tal-Knisja f’ Malta, b’kollaborazzjoni mal-Youth Football Association, qed jorganizzaw seminar bit-tema: TAZZA TAD-DINJA 2010 – IL-VALURI Fl-ISPORTS… Read more »













