JUDICIAL VICAR’S HOMILY ON THE OPENING OF THE FORENSIC YEAR
04/10/2010It-tradizzjoni fil-Knisja li fil-bidu tas-sena Ġudizzjarja l-Imħallfin u l-Amministraturi tal-Ġustizzja jersqu lejn l-artal biex jitolbu l-għajnuna ta’ Alla, l-Ispirtu s-Santu, biex jgħinhom fit-twettiq tal-ministeru tagħhom ta’ l-amministrazzjoni tal-ġustizzja bdiet fil-Medju Evu.
Kien iż-żmien fil-ħajja tal-Knisja meta kien hemm qbil u ftehim dwar l-għaqda essenżjali bejn ir-raġuni u il-fidi. U l-Imħallfin, l-avukat u l-uffiċjali l-oħra tal-Qrati tal-Ġustizzja li huma nsara konvinti jifhmu, anki llum, li l-amministrazzjoni tal-ġustizzja f’soċjetà li għadha tħaddan il-valuri nsara, ma tistax titqiegħed fuq bażi soda jekk ma jkollhiex bħala fundament tagħha l-obbedjenża lejn il-Liġi ta’ Alla. … Read more »










