VIOLENCE CANNOT BE CONDONED, BUT WERE THEY RIGHT TO PROTEST?
20/08/2011L-irvelli li seħħu din il-ġimgħa fost l-immigranti irregolari li qed jinżammu fiċ-ċentru tad-detenzjoni f’Ħal Safi qajmu reazzjonijiet qawwija, kif mistennija wara kollox. Kif, staqsew ħafna, waslu għal dan? Mhux sew li biex wieħed jipprotesta, jispiċċa biex ikisser, ifarrak, jaħraq u jinsulenta. Hemm modi oħra ta’ kif wieħed iwassal l-ilmenti jew ir-rabja li jista’ jkollu. Barra li ħafna huma tal-fehma li Malta, mill-mezzi limitati li għadha, u minkejja ċ-ċokon tagħha, qed tagħmel sforz ġenwin biex tirrispetta l-obbligi internazzjonali tagħha bħala pajjiż ċivilizzat, u tilqa’ lil dawn ħutna li jispiċċaw ifittxu refuġju f’pajjiżna… Read more »