THE ENVIRONMENT COMMISSION ON FIREWORKDS, HEALTH AND THE ENVIRONMENT
25/05/2012F’Ġunju tas-sena 2006, il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) kienet ippubblikat dokument ta’ fehma fuq l-impatti ambjentali tal-festi f’Malta[i]. Din il-fehma kienet ibbażata fuq studju kkummissjonat mill-istess Kummissjoni fis-sena 2005 li nvestiga tmien festi. Dan l-istudju kien ipproduċa l-ewwel riżultati fuq il-livelli ta’ ħsejjes ikkaġunati mil-logħob tan-nar kif ukoll fuq l-ammont ta’ skart solidu ġġenerat minn dawn il-festi. Matul il-perjodu 2006-2008, il-KA kompliet bl-investigazzjonijiet ikkummissjonati lill-Università ta’ Malta f’dan il-qasam… Read more »










