RESPECT TOWARDS ANIMALS
28/10/2011Matul dawn l-aħħar xhur il-media wasslitilna rapporti dwar każijiet xokkanti ta’ kefrija kbira fuq l-annimali. Dawn l-atti ġibdu l-attenzjoni tal-pubbliku inġenerali u ħolqu ferment mal-pajjiż kollu. Bla tlaqliq ta’ xejn, il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tingħaqad mal-bqija tal-poplu u tikkundanna bla riżervi dawn l-atti barbareski. Li tispara fuq kelb u tidfnu ħaj, li tagħlaq kelb f’borża tal-plastik u titfgħu fiż-żibel ferut u agunija, li ssallab ġeru u ssammru rasu ’l isfel ma’ bieb ta’ residenza, minbarra li jnaqqsu mill-ġieħ tal-istess persuni li jwettquhom, huma atti li joffendu s-sentimenti tal-komunità u għalhekk huma atti li jitolbu kundanna serja li għandha tkun riflessa fis-sentenzi u l-pieni xierqa li jingħataw fil-qorti li jservu ta’ deterrent… Read more »