Curia directive to the Clergy and Religious on the election
29/01/2013Ċirkulari tal-Kurja tal-Arċisqof, maħruġa mill-Isqof Charles J. Scicluna, Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali tgħid li l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. jixtieq ifakkar li, sabiex is-Saċerdoti u r-Reliġjużi kollha jkunu jistgħu jaqdu dejjem tajjeb il-missjoni tagħhom fil-Knisja u fis-Soċjetà, u jibqgħu dejjem sinjal u strument ta’ għaqda u mħabba fil-komunità:
1) F’ebda żmien m’għandhom jattendu ‘meetings’ u attivitajiet oħra politiċi.
2) Skond in-Normi tal-Konferenza Episkopali Maltija dwar l-użu ta’ mezzi tal-komunikazzjoni soċjali, m’għandhomx jieħdu sehem fi programmi jew xandiriet politiċi, jew jiktbu f’gazzetti jew perjodiċi politiċi, jew jieħdu sehem f’’programmi mxandra fuq stazzjonijiet ta’ radju jew televiżjoni mmexxija minn partiti politiċi, ħlief biss fejn is-sehem jew programm tagħhom ikun ta’ natura reliġjuża u bil-permess ta’ l-Ordinarji tagħhom… Read more »










