Two women to be consecrated according to the rite of Ordo Virginum
14/09/2012Nhar il-Ħadd 16 ta’ Settembru 2012, żewġ xebbiet se jiġu kkonsagrati skont ir-rit tal-Ordo Virginum. Dawn huma Anna Galea minn Ħal Għaxaq u Kathleen Spiteri minn Birkirkara. Din hija l-ewwel darba f’Malta li se ssir din il-konsagrazzjoni. L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jmexxi din iċ-ċelebrazzjoni u jikkonsagra dawn ix-xebbiet fil-Katidral tal-Imdina, fis-6.00 p.m.
Il-Verġinità Konsagrata hija waħda mid-doni sbieħ u għolja li l-Mulej sawwab fuq l-Għarusa tiegħu il-Knisja… Read more »