New children’s day care centre
21/07/2014-
Fl-1 ta’ Settembru li ġej, ser jiġi inawgurat ċentru ta’ matul il-jum għall-ħarsien tat-tfal, fid-Dar Qalb ta’ Ġesù, St Venera. L-isem li ġie mogħti huwa ‘Arzella’. Dan iċ-Ċentru ser jilqa’ fiħ tfal ta’ taħt it-tliet snin. Matul dawn l-aħħar għoxrin sena, il-Knisja f’Malta fetħet u mexxiet ħames ċentri bħal dawn għal tfal li ma jkollhomx ħtieġa jidħlu f’dar residenzjali. Dawn twaqqfu bil-koperazzjoni ta’ diversi ordnijiet reliġjużi, l-Uffiċċju Ċentrali EJJEW GĦANDI u bosta benefatturi…














