Volunteer Send-Off
26/06/2014-
Nhar l-Erbgħa 25 ta’ Ġunju 2014, f’Dar San Ġużepp, saret l-attività tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ) ‘Volunteer Send-Off’, li għaliha attendew żgħażagħ li ser jagħmlu esperjenza ta’ volontarjat matul is-sajf. Fil-messaġġ tiegħu waqt din l-attività, l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna qal li l-volontarjat mhuwiex biss pellegrinaġġ lejn art barranija u kultura differenti, iżda wkoll vjaġġ tar-ruħ fejn wieħed jiskopri l-ferħ spiritwali veru…














