Towards a new pastoral plan for the Church: Communion, Participation, Mission
23/11/2025 St John Hall, Archbishop's Curia, FlorianaL-Arċidjoċesi ta’ Malta laqqgħet l-assemblea djoċesana annwali bit-tema ‘Il-Knisja f’Malta llum: Komunjoni, Parteċipazzjoni, Missjoni’, li hi t-tema tal-Pjan Pastorali ġdid li qed jitħejja biex jitnieda matul is-sena d-dieħla. Dan il-pjan se jkun koordinat mill-Vigarjat Episkopali għall-Koordinament Pastorali.
Fid-diskors tiegħu, l-Arċisqof Charles Scicluna spjega l-viżjoni tal-pjan pastorali li hu bbażat fuq il-kelmiet: ‘komunjoni’, ‘parteċipazzjoni’ u ‘missjoni’ – il-bażi tas-sinodalità. Sostna kemm ta’ kuljum Malta għandha bżonn tiskopri “l-imħabba li tiġi mill-għotja tal-ħajja tagħna lil xulxin u l-ispirtu ta’ servizz” – li hi parti mill-komunjoni li għandna naspiraw għaliha… Read more »














