The Strengthening of the Family reduces Poverty
03/07/2014-
Is-Segretarjat għal-Lajci b’kollaborazzjoni mal-Moviment ta’ Kana qiegħed jorganizza laqgħa ta’ diskussjoni pubblika. It-Tema ser tkun: “It-Tisħiħ tal-Familja jnaqqas il-Faqar”.
Il-panel se jkun magħmul mill-Onorevoli Membri Parlamentari Clyde Puli, Deborah Schembri, Marthese Portelli u l-Ministru għall-Familja Michael Farrugia. Magħhom jieħu sehem Dun Joe Mizzi, Direttur tal-Moviment ta’ Kana. Ikun hemm ukoll ħin għal interventi minn dawk preżenti…