• Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent qed torganizza l-attività ‘Dawra ma’ Xtutna’. Din ser issir nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Lulju 2014, u tikkonsisti f’dawra bil-baħar mal-gżejjer Maltin. Tluq fit-3.00 p.m. minn Marsamxett. L-attività hija mifruxa fuq 24 siegħa, bi ħsibijiet spiritwali minsuġa ma’ tagħrif storiko-kulturali marbut mal-ambjent li jsawwar il-kosta ta’ pajjiżna. Hu ppjanat li jkun hemm waqfa Kemmuna fejn issir ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija. Il-prezz huwa ta’ €50 u jinkludi l-vjaġġ bil-luzzu, l-ikliet kollha u l-akkomodazzjoni f’Għawdex. Min hu interessat jista’ jikkuntattja lill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent fuq l-email [email protected] jew fuq in-numru 21380540 jew 79380540. Il-postijiet huma limitati.