• Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija jfakkar li tfal irreġistrati fi skola tal-Knisja huma obbligati li jattendu regolarment l-iskola rreġistrati fiha.

    Tista’ tingħata eżenzjoni f’każ ta’ ġenituri li flimkien ma’ uliedhom ser ikunu barra minn Malta għal xi raġuni serja, bħal xogħol, mard jew studju għal perijodu ta’ sena skolastika minn meta t-tfal suppost jibdew jattendu l-iskola. Sabiex dan iseħħ, il-ġenituri għandhom jiktbu lill-Bord tad-Dħul sabiex jinfurmawh b’din il-ħtieġa, iż-żmien tal-permanenza, u jibagħtu d-dokumentazzjoni relevanti li turi li huma se jkunu barra minn Malta għal xi raġuni serja. F’każ ta’ bżonn, tista’ tintalab eżenzjoni għat-tieni sena skolastika billi l-ġenituri jerġgħu jiktbu lill-Bord u jagħtu d-dettalji meħtieġa.

    Il-Bord jiddeċiedi kull każ skont il-merti tiegħu. Il-Bord jinforma lill-ġenituri bid-deċiżjoni tiegħu. Id-deċiżjoni tal-Bord hija finali. Il-post ma jibqax riservat jekk it-tfal eżentati ma jibdewx jattendu l-iskola fiż-żmien stipulat. Din l-eżenzjoni ma tistax tintalab għall-Kindergartens ta’ St Angela.

    Il-Bord tad-Dħul Skejjel tal-Knisja