Diocesan Assembly 2014
07/10/2014- Il-Knisja f’Malta se tlaqqa’ l-Assemblea Djoċesana nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Ottubru u s-Sibt 11 ta’ Ottubru, ġewwa s-sala prinċipali tal-Iskola Santa Monika, B’Kara. It-tema magħżula, ispirata mill-Papa Franġisku, hi ‘Knisja qaddejja tal-bniedem, qaddejja tal-ħajja’. Fid-dawl ta’ din it-tema, il-jumejn tal-Assemblea se jkunu jittrattaw dawn iż-żewġ suġġetti:
- Il-ministerjalità fil-Knisja – jiġifieri b’liema mod il-Knisja tista’ tkun aktar qaddejja tal-bniedem tal-lum, fuq l-eżempju ta’ Ġesù Kristu qaddej, u kif f’dan is-servizz jistgħu jagħtu sehem lajċi, reliġjużi, u membri tal-kleru…