Id-Dar tal-Providenza commemorates 59 years since its foundation
12/09/2024Dar Tal-Providenza Drone
Il‑Ħamis 12 ta’ Settembru 2024, id‑Dar tal‑Providenza tfakkar id‑59 anniversarju tagħha. 59 sena ilu, Dun Mikiel Azzopardi, b’Lm100 f’idejh mogħtija minn mara li kienet faddlithom biex tmur fuq btala, ta bidu għad‑Dar tal‑Providenza, l‑ewwel Dar f’Malta li bdiet toffri servizzi residenzjali lil persuni b’diżabilità. Sal-lum id‑Dar tal‑Providenza għada miraklu ħaj tal‑Providenza Divina.
Illum, 59 sena wara, id‑Dar tal‑Providenza, bl‑appoġġ sħiħ tal‑poplu Malti u Għawdxi, b’għajnuna tal‑ħafna volontiera u b’appoġġ finanzjarju, minbarra fis‑Siġġiewi, għandha erbat idjar oħra fil‑komunitajiet tas‑Siġġiewi stess, Birkirkara, il‑Qawra u ż‑Żurrieq… Read more »