“Through these prayers taught to us by St George Preca we open the door to the gifts of God” – The Archbishop on the occasion of the feast of St George Preca in Swatar
11/05/2015-
Nhar is-Sibt 9 ta’ Mejju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar il-Parroċċa tas-Swatar. L-Arċisqof bierek l-uffiċċju parrokjali l-ġdid u ċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġorġ Preca.
- L-Omelija tal-Arċisqof
-
Knisja Parrokjali tas-Swatar
9 ta’ Mejju 2015
Għeżież parruċċani tas-Swatar,
Il-qari li għadna kemm smajna jfakkarna li aħna midjunin ħafna mal-Ispirtu tal-Mulej li għandu l-qawwa jittrasforma d-dgħjufija tagħna u permezz tagħna jagħmel minna ħwejjeġ kbar.
Meta intom tħarsu lejn il-patrun tal-parroċċa tagħkom, San Ġorġ Preca, it-tifel ta’ Vincenzo u ta’ Natalina Ceravolo, intom taraw bniedem miksi bid-dgħjufija…