Opening of the Door of Mercy at the Oratory adjacent to the Basilica in Senglea
06/01/2016-
-
Nhar is-Sibt 9 ta’ Jannar 2016, fis-6:00 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiftaħ il-Bieb tal-Ħniena fl-Oratorju tal-Kurċifiss (fejn hemm meqjuma x-xbieha devota ta’ Ġesù Redentur) mal-Bażilika ta’ Marija Bambina, l-Isla.
Iċ-ċelebrazzjoni tibda fil-Bażilika b’purċissjoni lejn l-Oratorju tal-Kurċifiss. Hemmhekk, l-Arċisqof jiftaħ il-Bieb tal-Ħniena u wara li l-ġemgħa tgħaddi mill-Bieb, tidħol lura fil-Bażilika u tkompli l-Quddiesa. Iċ-ċelebrazzjoni tagħlaq b’tislima lil Marija Bambina, bis-Salve Regina…














