The Archbishop meets the Italian community in Malta
10/05/2015-
Il-Ħadd 10 ta’ Mejju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ingħata merħba sabiħa mill-komunità Taljana f’Malta, u ċċelebra Quddiesa magħhom fil-Knisja ta’ Santa Katerina d’Italia, il-Belt Valletta. Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm, l-Arċisqof feraħ lill-ommijiet preżenti għaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa u talab għall-ommijiet kollha.
Fi tmiem il-Quddiesa, l-Arċisqof ltaqa’ ma’ żewġ ommijiet mill-Eritrea flimkien ma’ uliedhom, li reġgħu ngħaqdu flimkien grazzi għall-ħidma tal-Kummissjoni Emigranti tal-Knisja f’Malta…