Nhar il‑Ġimgħa 25 ta’ Marzu, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa l‑Azzjoni Liturġika tal‑Passjoni u l‑Mewt tal‑Mulej, fil‑Kon‑Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Din il‑liturġija, f’jum il‑Ġimgħa l‑Kbira, inkludiet ir‑Rakkont tal‑Passjoni skont San Ġwann, l‑Adorazzjoni tas‑Salib u t‑Tqarbin.
The Liturgical Action on YouTube
Homily by Archbishop Charles J. Scicluna
Kon-Katidral ta’ San Ġwann25 ta’ Marzu 2016 “Int m’intix ukoll wieħed mid-dixxipli tiegħu?” (Ġw 18, 17)…
Il-Ġimgħa 25 ta’ Marzu, il-Ġimgħa l-Kbira, fit-3:30 p.m., Monsinjur Arċisqof ser imexxi l-Azzjoni Liturġika tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Din il-liturġija tinkludi r-Rakkont tal-Passjoni skont San Ġwann, l-Adorazzjoni tas-Salib u t-Tqarbin. Watch ‘live’ on YouTube
Click here for more information about liturgical celebrations led by the Archbishop. Click here to follow these celebrations on YouTube…
Nhar il-Ħamis, 24 ta’ Marzu 2016, Ħamis ix-Xirka filgħaxija, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra it‑Tifkira Solenni tal‑Ikla tal‑Mulej fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Matul din il‑Quddiesa, fuq l‑eżempju ta’ Ġesù, l‑Arċisqof ħasel riġlejn numru ta’ persuni. Dawn kienu koppja miżżewġa ta’ Maltin, koppja miżżewġa ta’ refuġjati mill-Eritrea li ngħataw dar mill-Kummissjoni Emigranti tal-Knisja f’Malta; omm u żewġ uliedha minn Dar Qalb ta’ Ġesù li tilqa’ fiha persuni li għaddew minn esperjenzi ta’ vjolenza domestika; persuna bla dar li sab kenn f’Dar Suret il-Bniedem; raġel b’diżabilità li l-Arċisqof iltaqa’ miegħu waqt il-purċissjoni tad-Duluri fil-Belt Valletta; u ħaddiem tal-artiġjanat Malti. Fi tmiem il‑Quddiesa, l‑Arċisqof wassal is‑Sagrament Imqaddes fil‑Kappella tar‑Ripożizzjoni, għall‑qima tal‑Insara…
Nhar il-Ħamis, 24 ta’ Marzu 2016, Ħamis ix-Xirka filgħodu l-Arċisqof Charles J. Scicluna kkonċelebra Quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Matul din il-Quddiesa, flimkien mal-Arċisqof kkonċelebraw saċerdoti djoċesani u reliġjużi li ġeddew il-wegħdiet li għamlu dakinhar tal-ordinazzjoni tagħhom. The Celebration of Mass on YouTube
Homily by Archbishop Charles J. Scicluna
Kon-Katidral ta’ San Ġwann24 ta’ Marzu 2016 Nagħtihom kuruna flok l-irmied, żejt tal-ferħ flok l-ilbies tal-vistu” (Is 61, 3)…
Il-Ħamis 24 ta’ Marzu 2016, Ħamis ix-Xirka, fis-6:30 p.m., issir it-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Matul din il-Quddiesa, fuq l-eżempju ta’ Ġesù, l-Arċisqof jaħsel riġlejn numru ta’ persuni. Fi tmiem il-Quddiesa, l-Arċisqof iwassal is-Sagrament Imqaddes fil-kappella tar-ripożizzjoni, għall-qima tal-Insara. Watch ‘live’ on YouTube
Click here for more information about liturgical celebrations led by the Archbishop. Click here to follow these celebrations on YouTube…
Pope Francis celebrated the Missa in coena Domini – the Mass of the Lord’s Supper – on Thursday, leading the Church of Rome into the sacred Paschal Triduum that culminates in the great Easter Vigil in the night between Holy Saturday and Resurrection Sunday. This year, the Holy Father celebrated the Lord’s Supper at a temporary welcome and living facility for refugees and asylum-seekers located on the outskirts of Rome…
Nhar l-Erbgħa 23 ta’ Marzu 2016, l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. mexxa l-Via Sacra Nazzjonali li bdiet miċ-Ċentru ta’ Rijabilitazzjoni tad-Droga, immexxi mill-Caritas, f’San Blas, Ħaż-Żebbuġ. Ir-residenti taċ-Ċentru ħadu wkoll sehem attiv fil-Via Crucis.
Il-Ħamis, 24 ta’ Marzu, Ħamis ix-Xirka, fid-9:15 a.m., tibda l-Quddiesa tal-Griżma, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Matul din il-Quddiesa, flimkien mal-Arċisqof jikkonċelebraw saċerdoti djoċesani u reliġjużi li jġeddu l-wegħdiet li għamlu dakinhar tal-ordinazzjoni tagħhom. Watch ‘live’ on YouTube Click here for more information about liturgical celebrations led by the Archbishop. Click here to follow these celebrations on YouTube.
L-Erbgħa 23 ta’ Marzu 2016, fl-4:00 p.m. saret il-Quddiesa præsente cadavere tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, ċċelebrata mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. Miegħu kkonċelebraw l-Isqof t’Għawdex Mons. Mario Grech, l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P., l-Isqof Emeritu Silvestru Magro u l-Vigarju Ġenerali ta’ Malta, Mons. Joe Galea Curmi. Għall-Quddiesa attendiet l-E.T. il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca u s-Sinjur Preca…