Justice becomes an expression of mercy when Court sentences lead to the rehabilitation of both the aggressor and the victim – the Arcbishop
Quddiesa fil-ftuħ Tas-Sena Forensi
03/10/2016-
Nhar it-Tnejn 3 ta’ Ottubru 2016, l‑Arċisqof iċċelebra Quddiesa fil-ftuħ tas-Sena Forensi, fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
Fl-omelija tiegħu, l-Arċisqof Charles J. Scicluna tkellem dwar il-vittmi ta’ reat, li minħabba l-kefrija ta’ ħaddieħor, jitneżżgħu mid-dinjità. “Intom, fix-xogħol tagħkom – kemm imħallfin, kemm maġistrati, kemm avukati, prokuraturi legali – tiltaqgħu ma’ tant sitwazzjonijiet umani – mhux biss fil-kriminal imma anke fiċ-ċivil – fejn in-nies jiġu għall-ġustizzja għax huma vittmi tar-regħba, tal-aggressjoni, tal-vjolenza, tal-kefrija ta’ ħaddieħor…