1,354 Church Marriages in 2016
02/02/2017-
In‑numru ta’ żwiġijiet fil‑Knisja li ġew irreġistrati fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta fis‑sena 2016 kien ta’ 1,354. Minn dawn, 1,160 żwieġ kienu bejn Maltin. Kien hemm ukoll 73 żwieġ bejn Maltin u barranin. Dawn kienu mqassmin hekk: 39 żwieġ bejn Kattoliċi Maltin u Kattoliċi barranin; 26 żwieġ bejn Kattoliċi Maltin u Insara mhux Kattoliċi barranin; 8 żwiġijiet ta’ Maltin ma’ barranin li mhumiex Insara. Ġew rreġistrati wkoll 10 żwiġijiet bejn Maltin li qed jgħixu f’pajjiżi oħra, u 111‑il żwieġ bejn koppji barranin.
It‑73 persuna minn pajjiżi oħra li fl‑2016 ingħaqdu fi żwieġ fil‑Knisja ma’ persuni Maltin kienu 34 raġel u 39 mara, minn 34 pajjiż differenti, ewlenin fosthom mill‑Italja (9), mill‑Ingilterra (7) u mir-Russja (6)…