St Mark’s Convent in Rabat opens it’s doors to the public
28/04/2017-
Mil-lum il-Ġimgħa 28 ta’ April sa nhar il-Ħadd 30 ta’ April, fil-kunvent tal-Agostinjani ta’ San Mark fir-Rabat se tkun għaddejja attività mhux tas-soltu.
Wara 8 snin, il-patrijiet Agostinjani qed jerġgħu jistiednu lill-pubbliku sabiex iżur din il-ġawhra arkitettonika fir-Rabat.
Kull min se jżur il-kunvent, mhux se japprezza biss is-sbuħija artistika tal-post, iżda japprezza wkoll il-ħajja komunitarja tar-reliġjużi Agostinjani, imsejsa fuq il-fidi u li ilhom għal aktar minn 600 sena jagħtu kontribut f’Malta…