Nhar il-Ħadd li ġej, 9 ta’ April, il-Knisja tagħti bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa biċ‑ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il‑Palm u l‑Passjoni tal‑Mulej. L-Arċisqof Charles J. Scicluna, fid-9:15 a.m., ibierek il-friegħi tal-palm u ż‑żebbuġ fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, u wara jiċċelebra Quddiesa fil‑Konkatidral. Matul il-Quddiesa jinqara r‑rakkont tal‑passjoni mill‑Evanġelju skont San Mattew.
L‑Erbgħa 12 ta’ April, fis‑7.00 p.m., l-Arċisqof ser imexxi l‑Via Sacra Nazzjonali li tibda minn Bieb il‑Belt u tintemm quddiem il‑Konkatidral ta’ San Ġwann…