Pilgrimage with the statue of St Publius on St Paul’s Islands
01/07/2017- Hekk kif din is-sena qed jiġu mfakkra l-1950 sena mill-martirju ta’ San Pawl Appostlu, l-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta se torganizza pellegrinaġġ storiku bl-istatwa ta’ San Publiju fuq il-Gżejjer ta’ San Pawl. Dan l-avveniment se jsir nhar il-Ħadd li ġej, 2 ta’ Lulju 2017, fejn fuq il-Gżejjer se tiġi ċċelebrata wkoll l-Ewkaristija. L-idea wara dan il-pellegrinaġġ hi li jitfakkar il-martirju ta’ San Pawl, jiġu mfakkra u mġedda l-għeruq Insara tagħna l-Maltin kif ukoll biex jitfakkar il-ħames anniversarju mit-twaqqif tal-Assoċjazzjoni Publiju ta’ Malta…