Logo chosen for the 2019 World Youth Day in Panama
15/05/2017-
Hekk kif baqa’ ftit iktar minn 600 jum biex fil-Panama jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, ntgħażel il-logo ta’ din il-festa.
Hi t-tpinġija ta’ Ambar Calvo, studenta universitarja ta’ 20 sena mill-Panama, li se tibda tintuża minn issa sas-27 ta’ Jannar 2019.
Il-logo, li għandu forma ta’ qalb u tal-ittra “M” (għal Marija), hu maqsum f’ħames biċċiet: jidher il-kanal tal-Panama li jirrappreżenta t-triq tal-pellegrin fil-mixja tiegħu lejn Ġesù, silhouette tal-post fejn se jilqa’ l-pellegrini, is-salib tal-pellegrini, silhouette tal-Madonna u ħames ċrieki bojod li jirrappreżentaw il-kontinenti tad-dinja u fl-istess ħin anke l-kuruna fuq ras il-Madonna…