Mal-200 membru tal-Kleru (kemm djoċesani kif ukoll reliġjużi) attendew għal tliet ijiem ta’ taħriġ, hekk imsejjaħ Aġġornament Teoloġiku-Pastorali, bħala parti mill-continuous professional development tal-qassis.
It-tema li ntagħżlet għal din is-sena hi: Lejn dixxerniment, akkumpanjament u integrazzjoni: x’jgħinna nipprattikawhom?
Fid-dawl tal-Eżortazzjoni Apostolika Amoris Laetitia li kiteb il-Papa Franġisku, l-għan prinċipali ta’ dawn it-tliet ijiem kien li s-saċerdoti jkomplu jiżviluppaw l-atteġġjamenti u jsaħħu l-ħiliet neċessarji sabiex jakkumpanjaw il-koppji fid-dinja tal-lum.
Fl-ewwel ġurnata ta’ taħriġ, Dun Anton Teuma indika l-atteġġjamenti neċessarji sabiex il-qassis ikun jista’ jgħin il-koppji fit-tfittxija tagħhom ta’ Alla u tat-tajjeb…