The first day of the Diocesan Assembly: shaping the Church’s future through synodality
21/11/2024 ĊAK Hall, BirkirkaraIl-Ħamis 21 ta’ Novembru 2024 ingħata bidu għall-Assemblea Djoċesana 2024. Din bdiet permezz b’mument ta’ talb u riflessjoni minn persuna mhux Maltija, li saret Kattolika wara tliet snin tgħix Malta, u li għamlet dan meta bdiet tirrealizza li hemm vojt f’ħajjitha.
L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi introduċa l-Assemblea u spjega x’se jiġri matul l-assemblea ta’ din is-sena, is-sinodu djoċesan li ilu għaddej 25 sena u kif il-Knisja f’Malta se tkompli taħdem biex tgħix f’sinodalità, “li tibqa’ dejjem ta’ sfida kbira għall-Knisja li ngħaqqdu flimkien il-parteċipazzjoni u l-kreattività mal-unità, mal-armonija, fid-direzzjoni u fil-ħidma”… Read more »