Diocesan Assembly 2017: Diaconia
25/11/2017-
It-tieni sessjoni tal-Assemblea Djoċesana kompliet illum, is-Sibt, 25 ta’ Novembru 2017, bil-preżentazzjoni tal‑Vigarju Episkopali għad‑Djakonija, Mons. Charles Cordina, dwar proposta ta’ azzjoni għat‑tisħiħ tal‑impenn soċjali tal‑Knisja fis‑soċjetà u proġetti pilota ġodda f’dan il‑qasam. Dan bħala t‑tieni parti tal‑pjan pastorali għall‑Arċidjoċesi li qed jitħejja, u fid-dawl tat-tagħlim tal‑Papa Franġisku li qed jistieden lill‑Insara jilħqu u jaħdmu mal‑foqra u dawk fil‑periferija.
Il-punti ewlenin tat-tieni parti tal‑pjan pastorali għall‑Arċidjoċesi dwar id-djakonija:
- Mill-bidu tal-Episkopat tiegħu, l-Arċisqof wera li l-viżjoni tiegħu għall-Knisja hi li l-ħidma pastorali tal-Knisja f’Malta għandha tkun ikkonċentrata fuq żewġ binarji: l-Evanġelizzazzjoni u d-Djakonija…