The Archbishop’s message for World Mission Day 2017
22/10/2017-
Il-karba ta’ Ġesù fuq is-salib: “Elì, Elì, lama sabaktani” li l-Evanġelista San Mattew ifissrilna bħala “Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni” tista’ tlun il-karba ta’ eluf ta’ bnedmin imxerddin mad-dinja, li jħossu u jinsabu tassew weħidhom. Weħidhom mhux bilfors fis-sens li huma mingħajr il-preżenza ta’ bnedmin oħra madwarhom, ħadd ma japprezzahom, ħadd ma jifhem il-ħtiġijiet tagħhom u jkun lest li jaqdihom…