Pilgrimage and Eucharistic Celebration on the feast of St Paul’s Shipwreck in Burmarrad
08/02/2018-
Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Pawl, nhar is-Sibt, 10 ta’ Frar 2018, ser isir pellegrinaġġ lejn San Pawl Milqi, li jintemm b’Quddiesa ċċelebrata mill-Arċisqof Charles J. Scicluna.
L-attività ser tibda fid-9:15am ħdejn il-Knisja tal-Lunzjata, is-Salina, fejn ser ikun hemm mument ta’ talb u ssir żjara lill-Katakombi li hemm fiż-żona u wara jibda l-pellegrinaġġ lejn San Pawl Milqi, il-post marbut mat-tradizzjoni tal-laqgħa ta’ San Pawl fl-oqsma ta’ Publiju…