Football Tournament at San Blas Therapeutic Center
04/05/2018-
“Ma kontx naf x’qed nistenna meta talbuni nirrefja turnew tal-futbol five-a-side ta’ persuni li qed isegwu programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga fi ħdan is-servizzi ta’ Caritas Malta. Kont impressjonat bid-dixxiplina u l-għaqda fost dawk li pparteċipaw.” Hekk esprima l-eks referee internazzjonali, Paul Caruana, li kien wieħed minn grupp ta’ referees li b’mod volontarju assistew il-logħob.
Dan it-turnew ġie organizzat nhar l-1 ta’ Mejju fiċ-Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas, bejn residenti tal-komunitajiet terapewtiċi differenti u persuni li qed ikomplu l-mixja tagħhom lura fiċ-soċjetà bis-sapport tas-servizzi tal-‘Aftercare’…