• Wara intervista ma’ persuna anonima li xxandret fuq One News, u li skont kif ġie rrappurtat, dak li għaddiet minnu jmur kontra t-tagħlim tal-Knisja, l-Arċisqof Charles J. Scicluna xtaq jiltaqa’ ma’ din il-persuna iżda din irrifjutat.

    L-Arċisqof offra li jiltaqa’ ma’ din il-persuna biex jisma’ mingħandha l-esperjenza tagħha, u biex jekk jirriżulta li kien hemm nuqqas min-naħa tal-Knisja jagħmel apoloġija. Dan minkejja li skont l-editur ta’ One News il-każ seħħ tmien snin ilu meta Mons. Scicluna lanqas biss kien Malta.

    Id-deċizjoni tal-persuna anonima li tirrifjuta l-istedina tal-Arċisqof biex imur għandha u jiltaqa’ magħha personalment ġiet kkomunikata lill-kelliem tal-Arċisqof mill-editur ta’ One News li kien mitlub mill-Kurja jiffaċilità din il-laqgħa.