We wish to give a strong signal of hope to all our people – The Archbishop to Prime Minister Abela
The Bishops receive a courtesy visit from the new Prime Minister of Malta
16/01/2020 Dar tal-Kleru, BirkirkaraL-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ltaqgħu mal-Prim Ministru l-ġdid ta’ Malta Dr Robert Abela, il-Ħamis 16 ta’ Jannar 2020, għal żjara ta’ korteżija. Fuq xewqa tal-Prim Ministru din saret fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara, fejn jgħixu 47 saċerdot bejn reliġjużi u djoċesani.
Il-Prim Ministru Abela ġie milqugħ mill-Arċisqof Scicluna u wara ltaqa’ mal-membri tal-Kunsill tal-Arċisqof: l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi; Dr Nadia Delicata, id-Delegat Episkopali għall-Evanġelizzazzjoni; Dun Noel Vassallo, il-Vigarju Episkopali għall-Kleru u l-Parroċċi; Joe Farrugia, id-Delegat Episkopali għal-Lajċi; Michael Pace Ross, is-Segretarju Amministrattiv; Kevin Papagiorcopulo, il-Kap tal-Media; Dr Godwin Grima, is-Segretarju tal-Kunsill; u Anthony Gatt, id-direttur tal-Caritas f’isem Mons… Read more »