The important presence of charity and solidarity by the Maltese Catholic Action – The Archbishop
18/02/2020Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
L-okkażjoni tad-90 anniversarju mill-preżenza tal-Azzjoni Kattolika fil-Gżejjer Maltin tagħtini l-opportunità l-ewwel nett biex nesprimi l-gratitudni tal-Knisja f’Malta għal tant inizjattivi sbieħ, mhux biss ta’ formazzjoni imma ta’ solidarjetà, li l-Azzjoni Kattolika ppromwoviet f’dawn id-90 sena. Imma wkoll tagħtini l-opportunità biex inħares lejn il-futur tal-Azzjoni Kattolika b’fiduċja u tama kbira.
Huwa ta’ privileġġ għalija li regolarment niltaqa’ ma’ tant żgħażagħ taż-ŻAK li huma parti integrali mill-ħidma tal-Azzjoni Kattolika u nara l-impenn tagħhom biex jgħixu l-ħajja Nisranija fiċ-ċirkustanzi attwali… Read more »