News

Watch: The shipwreck trial – between the salvation of God and the hospitality of the Maltese people – Pope Francis during the General Audience

Catechesis on the Acts of the Apostles

  Paul VI Hall, the Vatican

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-Ktieb tal-Atti tal-Appostli, fl-aħħar parti tiegħu, jirrakkonta li l-Evanġelju jkompli bil-mixja ħafifa tiegħu mhux biss fuq l-art imma wkoll fuq il-baħar, fuq ġifen li jwassal lil Pawlu priġunier minn Ċesarija lejn Ruma (ara Atti 27:1-28:16), fil-qalba tal-Imperu, biex isseħħ il-kelma tal-Irxoxt: “Tkunu xhieda tiegħi […] sa truf l-art” (Atti 1:8). Aqraw il-Ktieb tal-Atti tal-Appostli u taraw kif l-Evanġelju, bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, jasal għand il-ġnus kollha, isir universali… Read more »

Live: Mass for the repose of the soul of Cardinal Prospero Grech

Nhar il-Ħamis 9 ta’ Jannar ser issir quddiesa praesente cadavere b’suffraġju għall-Kardinal Prospero Grech, ippreseduta mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna, fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. Flimkien mal‑Arċisqof ser jikkonċelebraw l‑Arċisqof Alessandro D’Errico, Nunzju Appostoliku għal Malta; l‑Isqof Mario Grech, Amministratur Appostoliku tad‑Djoċesi ta’ Għawdex; l‑Isqof Joseph Galea‑Curmi; u l‑Isqof Pawlu Darmanin, Isqof Emeritu tad‑Djoċesi ta’ Garissa, il-Kenja. Il-quddiesa tibda fis‑2pm. Read more »

Malta’s final farewell to Cardinal Prospero Grech OSA

  Statement by the Augustinian Province in Malta and the Archdiocese of Malta

Il-Provinċja Agostinjana Maltija, flimkien mal-Arċidjoċesi ta’ Malta, għaddejja bit-tħejjijiet għall-aħħar tislima f’Malta lill-Eminenza Tiegħu l-Kardinal Prospero Grech.

Il-fdalijiet tal-Kardinal Grech jaslu Malta nhar l-Erbgħa 8 ta’ Jannar 2020. Fl-4:30 pm, il-korteo funebri jasal il-Birgu, fejn twieled u tgħammed, biex isir mument ta’ talb fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Lawrenz. Fis-6pm, il-korteo jitlaq mill-Birgu lejn il-kunvent tal-Agostinjani ta’ San Mark, ir-Rabat. Dak il-ħin il-kunvent ma jkunx miftuħ għall-pubbliku… Read more »

The Three Kings never looked back – The Auxiliary Bishop

Perpetual Profession of an Augustinian Sister, Sr Rachel Camilleri

  The Parish Church of St Joseph the Worker, Birkirkara

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Għażiża Sr Rachel, fost it-tifkiriet sbieħ ta’ din il-ġurnata speċjali għalik, nixtieq li tiftakar f’ħaġa partikulari li tgħaqqad flimkien din il-festa sabiħa tal-professjoni perpetwa tiegħek u s-solennità tal-Epifanija tal-Mulej li qed niċċelebraw illum mad-dinja kollha: ftakar li l-maġi qatt ma ħarsu lura.

Kellhom vjaġġ twil, kellhom biċċa xogħol biex jaslu sa għand Ġesù, kellhom diversi ostakli u inċertezzi… Read more »

The funeral of Cardinal Prospero Grech in Rome

  The Vatican, Rome

Ritratt: Servizio Fotografico Vaticano

The funeral of Cardinal Prospero Gech on Thursday 2 January, 2020, was attended by the Bishops of Malta, Mgr. Charles J. Scicluna and Mgr. Mario Grech. Mgr. Scicluna was near the hearse when it arrived on Santa Marta Square in the Vatican City. The Archbishop blessed the coffin and accompanied the procession, which was led by the Dean of the Chapter of St Peter, together with the Maltese altar boys and the choir of the Cappella Giulia… Read more »

Two new candidates for the priesthood

Two seminarians, who are currently in their fifth year of studies at the Archbishop’s Seminary, will ask Archbishop Charles J. Scicluna to accept them officially as candidates for the Ordination to the Diaconate and the Priesthood. This celebration will be held tomorrow, Sunday 5th January 2020, during Epiphany Mass at St John’s Co‑Cathedral, Valletta, at 9:15 a.m.

Sean Abela from St Paul’s Parish, Rabat, and Jean‑Claude Attard from St Anne’s Parish, Marsaskala, will publicly manifest their will to offer themselves to the Church to serve in the ministerial priesthood… Read more »

Live: Mass for couples getting married in 2020

Is-Sibt 4 ta’ Jannar, l-Arċisqof Charles J. Scicluna se jiċċelebra Quddiesa għall-koppji li se jiżżewġu fl-2020, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa hi organizzata mill-Moviment ta’ Kana u tibda fil-5:30pm. Read more »

Mass for married and engaged couples

L-Arċisqof Chares J. Scicluna qed jistieden għal ċelebrazzjoni tal‑Quddiesa lill‑koppji li żżewġu fl‑2019 u lill‑koppji għarajjes li ser jiżżewġu matul l‑2020.

Il‑Quddiesa għall‑għarajjes li ser jiżżewġu din is‑sena ser issir ghada s‑Sibt, 4 ta’ Jannar, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fil‑5:30 p.m.

Il‑Quddiesa għall-koppji li ngħaqdu fis-Sagrament taż-Żwieġ is-sena li għaddiet ser issir is‑Sibt, 11 ta’ Jannar, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fil‑5:30 p.m… Read more »

A big THANK YOU from id-Dar tal-Providenza for Festa ta’ Ġenerożità

Somma rekord ta’ €1,365,556 inġabret waqt il-Festa ta’ Ġenerożità organizzata mid-Dar tal-Providenza fl-ewwel tas-sena l-ġdida. Bosta kienu dawk li marru s-Siġġiewi biex jagħmlu d-donazzjoni tagħhom taħt it-tinda li ttellgħet fil-parkeġġ imma ħafna kienu wkoll dawk li ċemplu biex jagħmlu d-donazzjoni tagħhom. Bħal kull sena, għadd ta’ parroċċi f’Malta u Għawdex organizzaw ġabriet speċjali li mbagħad ingħataw lid-Dar f’isem il-komunità parrokkjali.

Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef, qal li din il-Festa ta’ Ġenerożità bħal dejjem uriet il-qalb kbira tal-poplu Malti u Għawdxi li għal darb’oħra wera solidarjetà u ġenerożità mad-Dar… Read more »