Crux Invicta – Il-Kurċifiss Mirakuluż u l-Kapuċċini f’Għawdex: a new book by Fr Martin Micallef
25/02/2020 The President's Palace, AttardIl-ktieb Crux Invicta – Il-Kurċifiss Mirakuluż u l-Kapuċċini f’Għawdex, ta’ Patri Martin Micallef O. Cap, jinseġ tapizzerija rikka ta’ ħajja Kapuċċina f’dawn il-gżejjer madwar il-leit motif tal-istorja tal-kurċifiss li hemm fil-knisja u l-kunvent tal-Ordni f’Għawdex.
Fuq l-isfond ta’ kif żviluppa l-kult tal-kurċifiss sa mill-ewwel sekli tal-era Kristjana, kemm fid-dinja Kattolika kif ukoll f’dawn il-gżejjer, l-awtur ilaqqam il-ġrajja ta’ kif dan il-kurċifiss, li nħadem fi Sqallija fl-1683 minn artist tajjeb u li s’issa għadu mhux magħruf, inġieb f’dawn il-gżejjer mill-Kommendatur Miceli, l-ewwel f’Malta u aktar tard, bil-ħidma tal-Għawdxi de Soldanis, għadda f’idejn il-Kapuċċini li kienu għadhom kemm fetħu l-kunvent tagħhom, tefgħa ta’ ġebla bogħod miċ-Ċittadella, f’Forn il-Ġir… Read more »