News

Statement by the Maltese Episcopal Conference on the announcement of the death of Cardinal Prospero Grech OSA

His Eminence Cardinal Prospero Grech OSA

L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex isellmu l-memorja tal-Kardinal Prospero Grech – reliġjuż
għaref u dħuli, b’sens kbir ta’ umoriżmu u ta’ umanità.

L-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Mario Grech u l-Isqof Joseph Galea-Curmi
jwasslu l-kondoljanzi tagħhom lill-qraba tal-Kardinal Prospero u lill-familja reliġjuża Agostinjana kollha, filwaqt li jħeġġu lill-Insara kollha joffru talb ta’ suffraġju għal ruħu… Read more »

The fourth edition of ‘Kelma ta’ Ħabib’

The speeches by Archbishop Charles J. Scicluna

L-Arċisqof Charles J. Scicluna jippreżenta ‘Kelma ta’ Ħabib’ lill-President ta’ Malta George Vella

Il-ġid komuni u l-ġustizzja soċjali huma żewġ temi rikorrenti fid-diskorsi tal-Arċisqof Charles J. Scicluna li ġew ippublikati fil-ktieb ‘Kelma ta’ Ħabib’. Dan il-ktieb li jinsab fir-raba’ edizzjoni tiegħu jiġbor l-omeliji, l-artikli u l-messaġġi ta’ Mons. Scicluna fl-2018, ir-raba’ sena tiegħu bħala Arċisqof ta’ Malta. L-Arċisqof ippreżenta kopja ta’ dan il-ktieb lill-President George Vella u lill-awtoritajiet tal-Istat waqt l-iskambju tal-awguri tal-Milied u s-Sena l-Ġdida… Read more »

Festa ta’ Ġenerożità with Dar tal-Providenza on January 1st

Waqt Festa ta’ Ġenerożità 2019

Id-Dar tal-Providenza se ttella’ l-24 edizzjoni tal-Festa ta’ Ġenerożità li ta’ kull sena ssir fl-1 ta’ Jannar biex jinġabru fondi ħalli d-Dar tas-Siġġiewi tkun tista’ tkompli bil-ħidma tagħha kif ukoll issaħħaħha.

Il-Festa ta’ Ġenerożità tibda fid-9am b’quddiesa ċelebrata mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-kappella tad-Dar. Wara jittella’ spettaklu ta’ varjetà kif ukoll isiru intervisti ma’ għadd ta’ personalitajiet li jżuru d-Dar, li jibqa’ sejjer sa nofsillejl… Read more »

‘Festival of Nine Lessons and Carols’ Christmas concert presided by Bishop Galea-Curmi

  St Paul's Pro-Cathedral, Valletta

Nhar il-Ħadd 15 ta’ Diċembru 2019, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ppresieda l-kunċert ta’ għanjiet tal‑Milied – Festival of Nine Lessons and Carols, immexxi mis-St Paul Choral Society, fil‑Pro‑Katidral ta’ San Pawl, il‑Belt Valletta. Wara l-kunċert, l-Isqof iltaqa’ man-nies li attendew għall-kunċert.

Aktar ritratti: knisja.mt/ritratti Read more »

Christmas lunch at the Curia

600 people attended the Caritas Christmas lunch

  The Archbishop's Curia, Floriana

F’Jum il-Milied il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana laqgħat madwar 600 persuna u 90 voluntier għall-ikla annwali tal-Milied. L-ikla, li ġiet organizzata minn Caritas Malta għall-ħames sena konsekuttiva, għandha l-għan li tiġbor flimkien persuni li kieku jqattgħu l-Milied weħidhom. Din is-sena l-ikla kienet miftuħa wkoll għal dawk li qegħdin jgħixu f’sitwazzjonijiet diffiċli u mhux qed ikollhom biżżejjed flus biex ilaħħqu mal-ispejjeż tal-ħajja.

L-Arċisqof żar lil dawk preżenti u awguralhom l-isbaħ xewqat… Read more »

Curia offices closed

Mit-Tnejn 23 ta’ Diċembru sal-Ħadd 5 ta’ Jannar (iż-żewġ ġranet inklużi), il-Kurja tal-Arċisqof u l-uffiċċji tal-Caritas, il-Furjana, u t-Tribunal Ekkleżjastiku, il-Belt Valletta, ser ikunu magħluqa. Il-Kurja, il-Caritas u t-Tribunal jiftħu mill-ġdid nhar it-Tnejn, 6 ta’ Jannar 2020. 

Nawguraw lilkom u lill-familji tagħkom l-isbaħ xewqat għal Milied qaddis! Read more »

Watch: Bishops’ Christmas and New Year’s exchange of greetings with State authorities

  The Archbishop's Palace, Valletta

Nhar il-Ħamis 19 ta’ Diċembru, l-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna, flimkien mal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, laqgħu lill-awtoritajiet tal-pajjiż għall-iskambju tal-awgurju tal-Milied u s-Sena l-Ġdida fil-Palazz tal-Arcisqof, il-Belt Valletta.

Fost il-persuni li żaru l-Palazz tal-Arċisqof il-Belt kien hemm il-President ta’ Malta George Vella, il-Prim Ministru Joseph Muscat u membri parlamentari Laburisti, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u membri mill-Partit Nazzjonalista u membri mill-Ġudikatura ta’ Malta… Read more »

Exchange of Christmas Greetings at the Archbishop’s Curia

L‑Arċisqof Charles J. Scicluna u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi qed jistiednu lill-pubbliku għall-iskambju tal-awguri tal‑istaġun, nhar il‑Ħadd 22 ta’ Diċembru bejn l‑10am u nofsinhar, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana.

Minħabba raġunijiet ta’ aċċessibilità, ser ikun miftuħ il‑bieb ta’ San Kalċedonju fi Triq Vincenzo Bugeja. Dakinhar, għall‑ħabta tal‑10:15am, l‑Arċisqof iwassal messaġġ lil dawk preżenti. Read more »

Pope Francis enjoys viral Nativity image called “Let Mum Rest”

Pope Francis said that for his birthday on December 17, he was shown a unique Nativity scene, dubbed “Let Mum Rest.” In the depiction, which has been making the rounds this year on social media, Mary is sleeping and Joseph is holding a tired Baby with his arms outstretched in a typical newborn pose.

The pope said the image shows “the tenderness of a family, of a marriage… Read more »