News

Members of Centesimus Annus Pro Pontifice Foundation meet with the Bishops

  The Archbishop's Curia, Floriana

Nhar is-Sibt 7 ta’ Diċembru, il-President tal-Fondazzjoni Centesimus Annus Pro Pontifice, Dr Anna Maria Tarantola, flimkien mas-Segretarju Dr Eutimio Tiliacos għamlu żjara lill-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Dr Tarantola ġiet eletta President ta’ din il-Fondazzjoni s-sena li għaddiet, u qed iżżur lid-diversi sezzjonijiet għal żjarat ta’ familjarizzazzjoni.

Dr Tarantola hija personalità magħrufa hafna fl-Italja. Fost l-oħrajn, kienet Viċi Direttur Ġenerali tal-Banca d’Italia u għal tliet snin President tar-RAI… Read more »

70 years dedicated to Maltese emigrants and foreigners seeking asylum in Malta

The launch of Mgr Philip Calleja's biography

  Malta Emigrants Commission, Valletta

Mons. Philip Calleja ppreżentat kopja tal-bijografija tiegħu minn Joe Mizzi ta’ Midsea Books

Nhar l-4 ta’ Diċembru tnieda l-ktieb Philip Calleja – Għex għall-bniedem maqlugħ minn għeruqu, mill-Kummissjoni Emigranti u Midsea Books, dwar is-70 sena ta’ ħidma li Mons. Calleja ddedika għall-emigranti Maltin u l-familji tagħhom, għall-barranin li jfittxu l-ażil f’Malta, u għall-Knisja f’Malta.

Il-bijografija ta’ 500 paġna nkitbet minn Charles Buttigieg li għal bosta snin ħadem mill-qrib ma’ Mons… Read more »

14 paintings in Mosta Basilica restored

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi waqt id-diskors tiegħu

Ġie inawgurat ix-xogħol ta’ restawr fuq 14-il pittura fil-Bażilika Minuri ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta, b’investiment ta’ €82,000 b’kofinanzjament minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Fost il-pitturi restawrati hemm erbgħa li jmorru lura għas-seklu 17 kif ukoll seba’ pitturi ta’ Giuseppe Calì u erbgħa ta’ Stefano Erardi.

Il-proġett ġie inawgurat il-Ħadd 8 ta’ Diċembru mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, mill-Ministru għall-Fondi Ewropej u d-Djalogu Soċjali Edward Zammit Lewis u mis-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia… Read more »

“Binding our hearts to what lasts forever” – the Auxiliary Bishop

The investiture of the new canons during the establishment of the Collegiate Church of St George

  St George Collegiate Church, Qormi

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Jien u nara l-Antifona sabiħa tat-Titular tal-Kolleġġjata, li se nisimgħuha aktar ‘il quddiem, laqatni ħafna dan il-vers fuq San Ġorġ: “il-foħrija u l-unuri ta’ din id-dinja kien dejjem jistmerrhom.” U ftakart f’dak li hemm fil-ktieb ta’ Koħelet, meta jitkellem fuq il-“frugħa tal-frugħat” fid-dinja.

Laqatni għax għal mument, ħsibt: imma dan mhux qisu l-kontra ta’ dak li qed niċċelebraw illum? … Read more »

A fund for Albania earthquake victims

L-Arċisqof George Frendo O.P. waqt iż-żjara lill-vittmi tat-terremot fl-Arċidjoċesi tiegħu ta’ Tirana-Durrës

L-Arċidjoċesi ta’ Malta u d-Djoċesi ta’ Għawdex qed jappellaw għal donazzonijiet b’risq il-vittmi tat-terremot li seħħ fl-Albanija. Aktar minn 50 persuna tilfu ħajjithom filwaqt li mal-4,000 ruħ spiċċaw bla dar u hemm urġenza għall-għajnuna.

Fuq talba tal-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Mario Grech u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, Caritas Malta b’kollaborazzjoni ma’ Caritas Internationalis qed tappella għal kontribuzzjonijiet ta’ flus… Read more »

Feast of the Immaculate Conception celebrated this Sunday

L-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Esteban Murillo li tinsab f’The Hermitage, St Petersburg

Il-Kongregazzjoni tal-Kult Divin u tad-Dixxiplina tas-Sagramenti tas-Santa Sede laqgħet it-talba tal-Isqfijiet Maltin biex is-Solennità tat-Tnissil bla Tebgħa tal-Imqaddsa Verġni Marija, il-Kunċizzjoni, tiġi ċċelebrata fil-ġurnata tagħha, jiġifieri nhar il-Ħadd li ġej, 8 ta’ Diċembru. Dan minkejja li l-festa taħbat fit-tieni Ħadd tal-Avvent.

Din l-awtorizzazzjoni ngħatat mill-kongregazzjoni lill-Provinċja Ekkleżjastika Maltija, jiġifieri l-Arċidjoċesi ta’ Malta u d-Djoċesi ta’ Għawdex, għal din is-sena biss… Read more »

Pope: Make the world more human by guaranteeing the dignity of persons with disability

Pope Francis encounters a group of disabled people

On the occasion of the International Day of Persons with Disabilities, December 3rd, Pope Francis recalls how the promotion of the right to participation plays a central role in combating discrimination and promoting a culture of encounter and quality of life.

In his message marking the International Day of Persons with Disabilities, Pope Francis notes that “great progress has been made towards people with disabilities in the medical and welfare fields.”

But he highlights the fact that even today there is still a culture of waste with many disabled people feeling that “they exist without belonging and without participating.”

Protection of rights

The Pope stresses that “all this calls not only for the rights of people with disabilities and their families to be protected”, but, he adds, “it also urges us to make the world more human” by removing prejudice… Read more »

It is our pleasure to help others just like Christ taught us – The Auxiliary Bishop on the University Campus

L-Għaqda Studenti tat-Teoloġija organises the 19th edition of the Orange Campaign initiative

  The University of Malta

Studenti mill-Għaqda Studenti tat-Teoloġija waqt Orange Campaign

Illum tasal fi tmiemha d-19-il edizzjoni tal-inizjattiva Orange Campaign li qed tittella’ mill-Għaqda Studenti tat-Teoloġija b’risq il-Fundazzjoni Richmond u l-missjunarji li qegħdin jgħinu lill-vittmi tat-terremot fl-Albanija, li ħalla 51 mejta, 2,000 midruba u 4,000 bla dar. Studenti tat-teoloġija bigħu larinġ magħsur frisk u ħelu varju matul il-jumejn li għaddew.

Il-messaġġ tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi (xellug) Karl Andrew Schembri, il-President tal-Għaqda Studenti tat-Teoloġija, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, il-Prorettur Godfey Baldacchino u Fr John Berry, id-Dekan tal-Fakultà tat-Teoloġija

Hija okkażjoni sabiħa ħafna li niftakru f’din l-inizjattiva, mibdija proprju minn Fr John Berry u sħabu tant snin ilu, u li kompliet tul is-snin turi kemm hija importanti għall-Għaqda Studenti tat-Teoloġija, li jkunu b’dan l-impenn favur dak li huma f’xi mod jew ieħor fi bżonn partikulari… Read more »

Msida Pastoral Visit comes to an end

The Auxiliary Bishop on the Advent and on preparing ourselves for the second coming of Christ

  St Joseph's Parish Church, Msida

Żjara lill-iskola primarja tal-Imsida

Nhar il-Ħadd l-1 ta’ Diċembru 2019 waslet fi tmiemha l-Viżta Pastorali fl-Imsida b’Quddiesa ċelebrata mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġużepp. Il-Viżta bdiet bil-Griżma tal-Isqof lil 22 adolexxent waqt quddiesa fl-10 ta’ Novembru li għadda.

Fil-ġranet ta’ wara l-Isqof Galea-Curmi kellu l-opportunità jiltaqa’ mat-tfal, l-adolexxenti, iż-żgħażagħ, il-katekisti u l-operaturi pastorali tal-parroċċa kif ukoll żar uħud mill-parruċċani Misidjani f’darhom u fuq il-post tax-xogħol tagħhom… Read more »