Live: Holy Mass with priestly ordinations – 29 June, 6:30pm
29/06/2020 The Parish Church of Christ the King, PaolaGħaxar djakni ser jiġu ordnati saċerdoti mill-Arċisqof Charles Scicluna nhar it-Tnejn 29 ta’ Ġunju 2020, Solennità ta’ San Pietru u San Pawl, fis-6:30pm. Il-Quddiesa se ssir fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal il-Ġdid, u tixxandar live fuq TVM2, Newsbook.mt, u l-YouTube Channel u l-paġna ta’ Facebook tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
L-għaxar djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti huma:
- Osmar Baldacchino mill-Parroċċa ta’ San Nikola, is-Siġġiewi
- David Borg mill-Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar
- Christopher Bugeja mill-Parroċċa ta’ San Pawl, ir-Rabat
- Andrew Camilleri, mill-Parroċċa ta’ Santa Katerina, iż-Żurrieq (Moviment tal-Fokolari)
- Jonathan Debattista mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien
- Michael Debono, Kumpanija ta’ Ġesù (Ġiżwita)
- Damian John Formosa, Salesjan ta’ Don Bosco
- Jake Mamo, Salesjan ta’ Don Bosco
- Tony Pace mill-Parroċċa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, Ħal Safi
- Paul Spiteri, Salesjan ta’ Don Bosco
Iċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju qed jistieden lill-pubbliku, b’mod speċjali liż-żgħażagħ, biex isiru jafu aktar lis-saċerdoti l-ġodda… Read more »