To my Crucifix
Canticle by Archbishop Charles Jude Scicluna
10/04/2020Fik nara l-glorja ta’ kull xemx qed titla’,
treġġa’ għall-ħajja l-ħolqien mir-raqda.
Fik nara n-nar ta’ ħġejjeġ ġuf id-dinja:
Demmek bħal-lava – kulma jmiss jinħall!
Idek imsammra ma’ dik l-għuda msewsa
tqattar il-maħfra għal dnubieti fiergħa.
Ġismek imtertaq jgħajjat biss il-ħniena:
Inti tal-għaġeb, u ma titwemminx!
Int bniedem magħsur mid-demm, Bin Alla l-ħaj;
taħfer u tagħder lil min sammrek, sallbek;
U x-xemx dallamt fis b’mewtek u l-blat triegħed! … Read more »