Circular: Life and health protection measures
Ċirkulari lill-arċiprieti, kappillani, retturi ta’ knejjes u superjuri reliġjużi
30/07/2020Nixtiequ nirringrazzjaw ħafna lil dawk kollha li tul dawn ix-xhur li għaddew ħadmu bis-sħiħ biex iħarsu l-miżuri li l-Knisja adottat għall-ħarsien tal-ħajja u tas-saħħa tagħna u tal-oħrajn. Nenfasizzaw li aħna għandna r-responsabbiltà li nkomplu nħarsu bir-reqqa l-miżuri, li kienu ppubblikati fil-ġimgħat li għaddew u li għadhom fis-seħħ. Infakkru b’mod partikulari:
- fid-distanza soċjali ta’ żewġ metri li għandha tinżamm fil-knejjes u f’postijiet oħra;
- fl-użu regolari tas-sanitizers skont il-ħtieġa, u d-disinfettar tal-oġġetti b’mod regolari;
- fl-importanza li n-nies jilbsu l-visors jew il-maskri waqt iċ-ċelebrazzjonijiet fil-knisja jew f’attivitajiet oħra;
- fil-miżuri oħra rigward iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi, per eżempju fuq kif għandu jsir it-tqarbin…