New Director for Migrants Commission
30/01/2021L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Dun Anton D’Amato bħala Direttur tal‑Kummissjoni Migranti, li kienet magħrufa bħala l‑Kummissjoni Emigranti. Huwa qed jieħu post Mons. Alfred Vella li kien ilu jservi f’din il‑kariga għal sbatax‑il sena, u li issa qed imexxi l‑Uffiċċju Żwiġijiet tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
Dun Anton D’Amato ggradwa fl‑2009 mill‑Fakultà tal‑Liġi fl‑Università ta’ Malta. Sentejn wara beda l‑formazzjoni u l‑istudji tiegħu għall‑ħajja saċerdotali fis‑Seminarju tal‑Arċisqof u ggradwa fil‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑2019… Read more »