Waqt laqgħa ta’ konsultazzjoni li saret nhar il-Ħamis 30 ta’ Settembru dwar il-Baġit 2022, bi stedina tal-Prim Ministru Dr Robert Abela, u li fiha attendew rappreżentati ta’ għaqdiet oħra kif ukoll il-Ministri Dr Michael Falzon, Roderick Galdes u Julia Farrugia Portelli – Caritas Malta pproponiet lista ta’ miżuri favur il-ġustizzja soċjali, l-iżvilupp sħiħ tal-bniedem u tnaqqis tal-faqar u l-esklużjoni soċjali.
Sfond għar-Rakkomandazzjonijiet
Iktar kmieni din is-sena Caritas Malta ppubblikat it-tielet edizzjoni ta’ A minimum Essential Budget for a Decent Living 2020 (MEBDL 2020) li flimkien mal-ispiża ta’ basket bażiku għal tliet tipi ta’ familja, jelenka diversi miżuri.Matul is-sena dan l-istudju ġie ppreżentat lil diversi ministeri varji fosthom: il-Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli; il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u l-Ministeru għall-Ġustizzja Soċjali u Solidarjetà, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal, kif ukoll diveri istituzzjonijiet u msieħba soċjali… Read more »