He’ll be the treasure of our hearts – Bishop Galea-Curmi
Mass on the 27th Sunday in Ordinary Time
10/10/2021 The Parish Church of the Annunciation, Ħal BalzanL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Fl-istorja tat-twelid ta’ Ġesù, fl-Evanġelju skont San Luqa, hemm dik is-silta fejn Marija u Ġużeppi kienu qed ifittxu post fejn seta’ jitwieled Ġesù. U hemm sentenza li hi verament ta’ swied il-qalb. Tgħid: “ma kienx hemm post għalihom fil-lukanda” (Luqa 2:7). Darba minnhom kont f’laqgħa ta’ talb, u kien hemm żagħżugħ li għamel din it-talba marbuta ma’ din il-ġrajja: “Mulej, agħmel li qalbna tkun bħal dak l-għar vojt u mhux bħal-lukanda mimlija… Read more »