More details on Pope Francis’ visit to Gozo
24/03/2022Kif tħabbar fl-24 ta’ Frar li għadda mis-Sala Stampa tal-Vatikan, waqt iż-Żjara tal-Papa Franġisku f’Għawdex bħala parti mis-36 Vjaġġ Appostoliku tiegħu, hu se jkun qed imexxi Laqgħa ta’ Talb fuq iz-zuntier tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, li tibda fil-5:30pm.
Qabel tibda l-laqgħa fuq barra, il-Papa sa jitlob fis-skiet quddiem il-kwadru fil-Kappella tal-Madonna u jgħid it-tliet Avemarijiet li rrakkomandat il-Madonna Ta’ Pinu lil Karmni Grima meta sejħitilha fl-1883, f’ġieħ it-tlett ijiem li l-ġisem qaddis tagħha dam fil-qabar qabel it-Tlugħ fis-Sema… Read more »