Broadcasts of the liturgical celebrations during Holy Week 2022
08/04/2022L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna jistieden lill‑Insara biex jieħdu sehem fiċ‑ċelebrazzjonijiet tal‑Ġimgħa Mqaddsa li matulhom l‑Knisja Kattolika tfakkar il‑passjoni, il‑mewt u l‑qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu. Jistieden ukoll lill‑Insara jattendu għaċ‑ċelebrazzjonijiet li ser jippresiedi fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Dawn se jixxandru b’mod dirett fuq TVM, TVMNews+ u online fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.
Nhar il‑Ħadd li ġej, 10 ta’ April, fis‑9:30am, Monsinjur Arċisqof imexxi ċ‑ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il‑Palm, bit‑tberik tal‑friegħi taż‑żebbuġ u l‑palm, u wara jkompli bil‑Passjoni tal‑Mulej fejn jinqara r‑rakkont tal‑passjoni mill‑Evanġelju skont San Luqa… Read more »