Nhar is-Sibt 8 ta’ Lulju se ssir laqgħa dwar is-Sinodu tas-Sinodalità mmexxija mill-Kardinal Mario Grech, Segretarju Ġenerali tas-Sinodu. Il-laqgħa, bit-tema ‘Il-Proċess Sinodali hu twettiq tal-Konċilju Vatikan II’, qed issir peress li tnieda d-dokument Instrumentum Laboris tas-Sinodu fl-20 ta’ Ġunju.

Fil-laqgħa se jkun hemm aġġornament tal-aħħar żviluppi fil-Mixja Sinodali, u kif din qed tkompli fuq dak li beda l-Konċilju Vatikan II, li fetaħ 60 sena ilu.

Għal din il-laqgħa huma mistiedna mhux biss il-membri tal-kleru u tal-għaqdiet, imma l-Insara kollha, biex inħossuna iktar parteċipi ta’ dak li qed tgħix il-Knisja kollha f’din l-esperjenza sinodali.

Il-laqgħa se ssir fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu fl-10am.