Restoration of Naxxar parish church façade inaugurated
EU co-financed project
11/05/2022Tlesta l‑proġett ta’ restawr fuq il‑faċċata, il‑koppla u l‑kampnari tal‑Knisja Parrokkjali tan‑Naxxar, proġett li sar b’investiment ta’ €155,500, li 80% minnhom kienu kofinanzjati minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. Il‑proġett ġie inawgurat illum mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi u mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Chris Bonett. Preżenti wkoll is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross, u l‑Arċipriet Dun David Gauci.
Permezz ta’ dan il‑proġett, li għalih ikkontribwixxew ukoll il‑parruċċani tan‑Naxxar, tnaddfet il‑ġebla tal‑faċċata u tal‑kampnari u xi wħud mill‑ġebel, b’mod partikolari dak fin‑naħa ta’ fuq, kellu jinbidel minħabba deterjorazzjoni tal‑ġebla kawża tal‑espożizzjoni għall‑elementi naturali u t‑tniġġis tal‑arja… Read more »