European conference on catechesis held in Malta
12/05/202220 delegat għall‑katekeżi fl‑Ewropa attendew konferenza ta’ tliet ijiem f’Malta fejn ddiskutew il‑ministeru tal‑katekist u l‑irwol importanti li għandu fid‑dinja tal‑lum biex titwassal l‑Aħbar it‑Tajba. Il‑konferenza ġiet organizzata mit‑Taqsima tal‑Katekeżi fi ħdan is‑CCEE (Kunsill tal‑Konferenzi Episkopali Ewropej) flimkien mal‑Konferenza Episkopali Maltija u mas‑Segretarjat għall‑Katekeżi tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Din kienet l‑ewwel darba li d‑delegati ltaqgħu fiżikament minn wara l‑pandemija.
Fil‑laqgħat u d‑diskussjonijiet ta’ dawn it‑tlitt ijiem ħarġet is‑sbuħija tal‑Knisja Kattolika fid‑diversità tagħha fl‑Ewropa u l‑modi differenti kif il‑Kelma qed tixxandar fil‑konkret f’dawn il‑pajjiżi… Read more »