Eucharistic Adoration in every Church of Europe
13/09/2022Fil-Knejjes kollha tal-Ewropa, għada se jiġi offrut talb għall-paċi fl-Ukrajna, proprju fil-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib. F’Malta, l-Arċisqof Scicluna se joffri t-talb waqt il-quddiesa minn Ta’ Ġieżu, il-Belt Valletta, fejn hemm il-Kurċifiss Mirakoluż.
Din il-ġurnata ta’ talb madwar l-Ewropa se ssir fuq stedina ta’ Mons. Gintaras Grušas, li huwa l-Arċisqof ta’ Vilnius u l-President tal-Konferenza tal-Isqfijiet Ewropej.
L-Adorazzjoni Ewkaristika hija t-talba magħżula għal din l-inizjattiva u tħejjew għajnuniet u skedi ta’ talb għal dan l-appuntament… Read more »